Zoom in/out tal-mappa
Tista' tara l-video t'hawn taħt dwar kif tagħmel zoom in u out tal-mappa jew tista' taqra l-gwida pass-pass taħt il-video.
Zoom in/out
Biex tagħmel zoom in/out, hemm 2 għażliet:
Għażla 1
Fir-rokna ta' fuq tal-lemin tal-Map View, ikklikkja l-:
- Buttuna Zoom-in, "+".
- Buttuna Zoom-out, "-".
Għażla 2
Uża r-rota tal-iscroll tal-maws tiegħek.
Għal Windows
- Għamel scroll 'il quddiem biex tagħmel zoom in.
- Għamel scroll lura biex tagħmel zoom out.
Għal Mac
- Għamel scroll lura biex tagħmel zoom in.
- Għamel scroll 'il quddiem biex tagħmel zoom out.
L-aħħar aġġornament